You are here: Home Ezekuttiv

logotext

Kalendarju ta' Attivitajiet

Last month September 2010 Next month
S M T W T F S
week 35 1 2 3 4
week 36 5 6 7 8 9 10 11
week 37 12 13 14 15 16 17 18
week 38 19 20 21 22 23 24 25
week 39 26 27 28 29 30
Ezekuttiv


Kevin Plumpton

 
President  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )

Twieled 1983. Attenda skola De La Salle College. Gradwat fil-Psikoloġija u l-'Management' mill-Università ta' Malta. Kevin huwa membru fil-Kumitat Sezzjonali ta' Ħaż-Żabbar u ilu sentejn membru tal-Eżekuttiv tal-MŻPN. Preżentament jaħdem fil-qasam tal-'Marketing', u qiegħed jistudja t-tieni 'degree'  tiegħu, din id-darba fil-Liġi, mill-Università ta' Malta.


Paul Refalo

 
Viċi-President  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1985 - Gradwa fl-Inġinerija Mekkanika fl-2007 mill- Universita’ ta’ Malta. Wara sena u nofs jaħdem fl-industrija, bħalissa qiegħed jaħdem u jistudja fl-Universita’ ta' Malta fuq proġett iffinanzjat mill-MCST (Malta Council for Science and Technology) fuq solar desalination. Jifforma parti mis-sotto-kumitat tal-Kamra ta' l-Inġiniera (Chamber of Engineers) li jorganiżża il-konferenza nazzjonali ta' l-istess Kamra. Huwa il-koordinatur tal-fergħa ta' l-MŻPN - Għawdex u huwa membru fil- Kumitat Organiżżattiv u l-Kumitat Reġjonali tal-Partit Nazzjonalista f' Għawdex.

Antoine Borg


 
Segretarju Generali ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
Profil: 1983 – Accountant.  Huwa membru tal-Association of Chartered Certified Accountants u tal-Malta Institute of Accountants.  Kien jahdem ma’ ditta ewlenija ta l-awdituri u fis-Segretarjat Parlamentari ghall-Errarji Pubblici u Artijiet, fil-Minsiteru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.  Issa jahdembhala Kontrollur Finanzjarju tal-Partit Nazzjonalista u l-entitajiet tieghu.  Fuq bazi volontarja, fil-Partit Nazzjonalista ilu nvolut mill-2004.  Apparti minn Segretarju General ital-MZPN, huwa l-Vici President tal-Kumitat Sezzjonali PN Rabat, u prezentatu ta’ programm politiku fuq radio 101.  Huwa wkoll kontributur regolari fuq il-Gurnal in-Nazzjon.  Huwa wkoll membru fil-kunsill lokali tar-Rabat Malta. Huwa wkoll nvolut f’diversi ghaqdiet volontarji.

Kristy Debono

 
Segretarju Internazzjonali ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1982 – Studjat fl-Universita’ ta’ Malta fejn gradwat b’Baċellerat fil-Kummerċ fl-2004. Fl-2005 gradwat bl-Unuri fl-Ekonomija u kompliet tistudja sal-livell ta’ Masters fl-Ekonomija. F’April tal-2005 bdiet tahdem fil-kamra tal-ahbarjiet ta’ Media.link Communications billi tikkontribwixxi fl-ahbarjiet finanzjarji ‘Net Ekonomija’. Ghandha l-professjoni ta’ ekonomista.

David Bonello

Segretarju Informazzjoni ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1986 - Studja fl-iskola Stella Maris u fil-Junior Lyceum fil-Hamrun. Minn hemm segwa kors fl-Italia dwar t-turizmu. Jahdem bhala gurnalist ma media.link communications.


Ryan Callus

 
Membru ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
1983 – Studja fl-Università ta` Malta minn fejn iggradwa b`Baccellerat fl-Inġinerija fl-2005 w iktar tard specjalizza fil-management f`livell ta` Masters mill-Università ta` Lancaster, fl-Ingilterra. Kiseb il-liċenzja ta' pilota fl-2003 mid-Delta Connection Academy , Florida, fl-Istati Uniti. Kien Segretarju Ġenerali bejn l-2001 u l-2002, President bejn l-2002 u l-2004 tal-University Engineering Student Association (UESA) u raprezentant tal-istudenti fuq il-Kamra ta` l-Inġiniera matul l-istess perjodu. Matul l-2006, kien Assistent Segretarju Internazzjonali w Ufficcjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici matul l-2007 tal-Kamra ta' l-Inġiniera, kif ukoll koordinatur tal-Malta Engineering Excellence Awards tal-2006. Issieheb fi hdan il-Kumitat Sezzjonali tas-Siggiewi tal-Partit Nazzjonalista f`Ottubru tal-2008 b`responsabiltajiet marbuta maz-zghazagh, u membru fl-Ezekuttiv tal-MZPN sa mill-2006. Jahdem fi hdan is-Segretarjat Privat tal-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin, Dr. Tonio Borg, bhala Kordinatur tal-Politika. 

Cyrus Engerer


 
Membru   ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1981 – Jaħdem bħala Projects Manager fil-PPCD fl-Uffiċju tal-Prim Ministru fuq proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Studja fl-Università ta’ Malta fejn gradwa fi Studji Ewropej u fil-Kommunikazzjoni u wara kiseb Masters fix-xjenzi politiċi bi speċjalizazzjoni fil-politika tal-Unjoni Ewropea mill-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges, Il-Belġju.    Bħalissa beda l-proċess għall-Dottorat fil-Business Management ta’ partiti politiċi u d-diplomazija.Serva bħala Viċi-President tal-Jeunes Europeenes tal-Kulleġġ tal-Ewropa, hu membru tal-Malta European Studies Association kif ukoll tal-Young European Journalists.  Huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsill Lokali Tas-Sliema u hu membru tal-kumitat sezzjonali fl-istess lokalità b’responsabilità fil-qasam taż-żgħazagħ.
 

Lauro Fava

 
Membru  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1988 – Studja fil-Kullegg ta' De La Salle ghal tlietax-il sena fejn kien membru fil-Kunsill tal-istudenti ghal sentejn fis-sekondarja u Segretarju General tal-Kunsill tas-Sixth Form.  Bhalissa qieghed jistudja fl-Universita` ta` Malta fil-kors tal-ligi.  Fl-Universita' huwa attiv f'ghaqdiet studenteski bhal 'ELSA' – European Law Students Association, u 'SDM' – Studenti Demokristjani Maltin.  F' Marzu tal-2008, ta' dsatax-il sena gie elett biex iservi fil-Kunsill Lokali ta' Pembroke f'isem il-Partit Nazzjonalista.
 

Chris Micallef

 
Membru  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
Christian Micallef hu gradwat mill-Universita' ta' Malta fil-Kommunikazzjoni u s-Socjologija. Jahdem bhala communications co-ordinator fl-ufficcju tal-Ewro Parlamentari David Casa f'Malta. Fuq bazi part-time, Christian hu ukoll gurnalist sportiv ta' Media.Link Communications u jipprezenta l-programm dwar il-futbol Replay fuq Net Television u Radio 101. Assistent segretarju tal-Kumitat Sezzjonali PN Valletta.


Mauro Miceli

 
Membru ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1983 –  Studja fl-Università ta` Malta minn fejn iggradwa BA (Hons) International Relations. Ħadem mill-qrib ma' bosta għaqdiet taż-żgħażagħ u volontarji, inkluzi l'SDM, MKSU, ASA u AEGEE VALLETTA.. Kien rappreżentant ta` l-istudenti tal fakulta ta l'Arti. Kien voluntier ta l-Elcom waqt ir-Referendum u l-Elezzjoni Ġenerali 2003 u l'elezzjoni tal 2008.  Assistent Segretarju Generali tal Kumitat Sezzjonali Swieqi.  Ghandu esperjenza vasta dwar fondi tal’ Unjoni Ewropea kif kien jaħdem kemm l’EUPU kif wkoll il-PPCD w il-MEUSAC.  Illum jahdem bhala Communications Coordinator mas Segretarju Parlamentari Ghas-Saħħa, Dr. Joe Cassar.  Jilghab rugby mat tim tal-Valletta Lions hu involut fil grupp South End Core.  

Anthia Zammit

 
Membru  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1985 - Studenta fil-kors tal-Ligi fl-Universita ta' Malta, fejn hija l-Communications Officer ta' l-ghaqda studenteska SDM (Studenti Demokristjani Maltin) u Director of Publications ta' l-ELSA (European Law Student Association). Taghmel il-prattika legali taghha fil-ligi penali ma' l- Avv. Giannella Caruana Curran ta' Guido de Marco & Associates, kif ukoll fil-qasam tal-ligi kummercjali, b'emfasi specjali fuq il-ligijiet li jirregolaw l-farmacewtika u l-medicini, ma' l-Avv. George Hyzler tad-ditta ta' l-avukati GVTH (Grech Vella Tortell Hyzler).

Edward Mizzi

 
Membru  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1988. Studja fil-Kullegg Ninu Cremona. Jahdem bhala koordinatur fil-kumpanija “World Aviation Group”. Dahal membru fl’ezekuttiv din l’ahhar sena u membru tal-kumitat taz-zghzagh f’Ghawdex. Qieghed fl’ahhar sena tad-Diploma f’Business and Corporate Management provdut mil-“Institute of Leadership and Management” fl’Liverpool.


Matthew Agius

 
Membru  ( This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it )
1988 - Rċieva l-ewwel edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris imbagħad kompla fil-GF Junior College fejn sa mill-ewwel jiem sar attiv fl-għaqda SDM (Studenti Demokristjani Maltin) u okkupa diversi karigi f'din l-għaqda għal numru ta' snin. Huwa ġie elett fl-eżekuttiv tal-KSU (Kunsill Studenti Universitarji) għal sentejn wara xulxin fejn serva bħala Segretarju Ġenerali u Segretarju Internazzjonali. Irrapreżenta lill-istudenti universitarji Maltin fi ħdan l-ESU (European Student's Union) u kien inkarigat biex jirrapreżenta l-ESU fi proġetti u konferenzi oħra. Sas-sena l-oħra kien ukoll Direttur f'kumpanija tal-Fondazzjoni NSTF kif ukoll Uffiċjali għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan il-KNŻ (Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ). Għamel sena jaħdem bħala Assistant Manager ma' kumpanija privata li torganizza numru ta' attivitajiet ewlenin. Wasal biex jiggradwa f'kors Baċċelerat fl-Istudji Ewropej bil-Kommunikazzjoni mill-Università ta' Malta. Huwa membru fis-Senat tal-Università u l-Bord tal-Junior College bħala rappreżentant tal-istudenti. Matthew huwa preżentament Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Imsida.