Stqarrija
|
L-MŻPN jikkundanna l-inċident li fih kien hemm involuta Bianca Zammit
Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista jikkunadanna l-inċident li fih iż-żgħażugħa Maltija Bianca Zammit ta' 28 sena ġarrbet ġrieħi permezz ta’ sparatura minn azzjoni Iżraeljana.
L-MŻPN jikkundanna mhux biss dan l-inċident iżda kull inċident ieħor li fih persuni, hi x’inhi n-nazzjonalita' tagħhom, ikunu aggrediti waqt li jkunu qegħdin jipprotestaw b’mod paċifiku.
L-MŻPN jaqbel mal-komunikazzjoni f’forma ta’ protest mill-Gvern Malti lil dak Iżrealjan li tistmerr l-użu tal-vjolenza u turi impenn u determinazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għal kwistjoni tal-Lvant Nofsani.
|
Newsletter
|
|
Opinjoni
|
Tletin suġġeriment għaż-żgħażagħ - Ryan Callus
M'hemmx dubbju li l-isforzi tagħna illum sabiex nipproteġu l-ambjent, għandhom iwasslu għal titjib ta' ħajja aħjar tal-ġenerazzjonijiet futuri. Il-ġenerazzjoni futura tikkonstitwixxi ż-żgħażagħ tal-llum u għaldaqstant, l-impenn minna ż-żgħażagħ favur it-tisħiħ u l-ħarsien tal-ambjent jeħtieġ ikun wieħed ġenwin.
Il-ġenwinita' hawnhekk tfisser għalija illi għandna naġixxu bil-fatti, u mhux daqstant bil-kliem. Huwa faċli tippriedka u tiddiskuti fuq kemm l-iżvilupp li ġab miegħu l-bniedem għamel ħsara lill-ambjent tul iż-żminijiet, iżda minn naħa l-oħra, jeħtieġ sforz akbar li twettaq dan fil-prattika.
Id-dokument li ġie ppreżentat lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi l-Ħadd li għadda taħt it-tinda fir-Rabat mill-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista joffri tletin suġġeriment prattiku fuq kif aħna ż-żgħażagħ nistgħu nadattaw l-istil tal-ħajja li ngħixu għal wieħed li jirrispetta l-ambjent. Huma tletin suġġeriment li meta tifliehom wieħed wieħed, malajr tinduna li wara kollox, ma jirrikjedix sforz kbir sabiex tbiddel l-istil tal-ħajja tiegħek għal wieħed aktar nadif u responsabbli. Fid-dawl ta' dan kollu, dan id-dokument jipprovdi suġġerimenti pragmatiċi li b'bidla minima wieħed jista' jnaqqas mill-ammont ta' skart li jiġġenera, inaqqas mill-konsum tal-enerġija w inaqqas mill-konsum tar-riżorsi naturali li mhumiex rinovvabbli.
Fit-tfassil ta' dan id-dokument, l-MŻPN ħa in konsiderazzjoni bosta fażijiet tal-ħajja żagħżugħa, u għal fini tad-dokument, ġew magħżula tlett fażijiet kruċjali: il-ħajja studenteska, il-ħajja professjonali, kif ukoll dak il-mument meta koppja jew żgħażugħ/a jikkunsidraw li jixtru l-ewwel dar.
Fil-każ tal-ħajja studenteska, li tinkorpora kemm il-fażi sekondarja, post-sekondarja w anke dik terzjarja, minbarra l-bżonn li nkunu ntelliġenti fl-istudji tagħna, irridu nirrikonoxxu wkoll il-bżonn li nużaw l-enerġija b'mod intelliġenti. Mingħajr ma' nnaqqas mill-importanza tal-edukazzjoni formali, dik informali hija daqstant essenzjali għaliex tkabbarna fil-maturita' tagħna bħala ċittadini responsabbli.
Il-kampanja ta' edukazzjoni mnehdija mill-MŻPN tmur lill'hinn minn dan id-dokument, bi spots televiżivi u oħrajn fuq ir-radju sabiex il-messaġġ dwar l-importanza li nkomplu naħdmu ħalli negħlbu din l-isfida globali jkompli jasal f'widnejn kulħadd.
Din hija inizjattiva oħra li tkompli turi l-kuxjenza ambjentali li għandu l-Partit Nazzjonalista favur it-tisħiħ u l-ħarsien tal-ambjent. Ta' min infakkar, li minbarra l-fatt li l-ambjent tpoġġa bħala pilastru ewlieni tal-Viżjoni 2015, il-Gvern alloka terz tal-fondi allokati lill-Malta mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 għall-ħarsien tal-ambjent – turija bil-fatti ta' responsabbilta' ambjentali. Iktar tard, il-Partit Nazzjonalista waqqaf focus group fuq it-tibdil fil-klima kompost minn membri ta' opinjonijiet u ideoloġiji politiċi differenti sabiex jinforma aħjar l-Eżekuttiv tal-Partit dwar x'għandhom ikunu l-prijoritajiet ambjentali ta' pajjiżna.
Fuq livell ċentrali, l-Gvern u l-Partit Nazzjonalista fid-diversi strutturi tagħhom, qed jerfgħu r-responsabbiltajiet ambjentali tagħhom sabiex verament ikollna futur iktar nadif li jwassal għat-titjib tal-livell ta' ħajja li ngħixu. Jekk int żagħżugħ/a, ma jiswikx flus taqra t-tletin suġġeriment ppreżentati f'dan id-dokument. Kull ma huwa mitlub minnek, huwa bidla żgħira fl-imġieba tiegħek li twassal sabiex l-impatt tiegħek fuq l-ambjent ikun minimizzat.
Il-konklużjoni tad-dokument tagħmel appell sabiex ngħixu l-kuxjenza ambjentali, għax “Il-futur tagħna f'idejna… agħmel il-parti tiegħek int ukoll!”. |
|