|
|
|
President ġdid għall-MŻPN |
|
|
|
|
Tuesday, 22 June 2010 13:56 |
Fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-MŻPN tal-bieraħ filgħaxija Kevin Plumpton inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. Dan wara li l-President attwali Mathieu Cilia rriżenja mil-kariga li kien ilu jokkupa għal ħames snin sħaħ.
L-eżekuttiv tal-MŻPN irringrazzjah tal-ħidma tiegħu bħala President u wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz imprezzabli li dejjem offra. L-eżekuttiv saħaq fl-istess laqgħa li l-Moviment qiegħed jitlef wieħed min-nies fundamentali, u li taħt it-tmexxija tiegħu l-istess fergħa wettqet ħafna attivitajiet u proġetti ta’ formazzjoni politika b’suċċess, kompliet iżżid l-attendenza żgħażugħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li baqgħet iġġedded it-tmexxija tagħha tul s-snin.
L-eżekuttiv awgura lil Mathieu ħafna aktar suċċessi fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, u fil-ħajja personali tiegħu.
Fl-istess laqgħa tal-eżekuttiv irriżenja wkoll John Bonello li kien ilu jservi fl-eżekuttiv tal-MŻPN għall-dawn l-aħħar ħmistax il-sena, b’sentejn minnhom bħala President wkoll. L-MŻPN irringrazzjah tal-ħidma li wettaq tul dawn is-snin.
B’mod speċjali l-MŻPN semma’ x-xogħol imprezzabli fuq livell internazzjonali, fejn bis-saħħa tal-ħidma tiegħu, l-MŻPN illum igawdi rispett u relazzjonijiet tajbin ma’ diversi pajjiżi u għaqdiet fi ħdan il-YEPP u fora oħrajn. L-eżekuttiv awgura lil John fil-ħidma tiegħu bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, u wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz li offra f’dawn l-aħħar ħmistax il-sena.
|
|
Last Updated on Tuesday, 22 June 2010 14:01 |
|
|
|